Maria Regina College - Għargħur Primary Official Website

Kors Bla Ħlas – Nikteb Tajjeb bil-Malti

It-Taqsima tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qed torganizza kors bla ħlas “Nikteb tajjeb bil-Malti 1” għall-ġenituri u membri tal-pubbliku li jixtiequ jtejbu l-kitba tagħhom bil-Malti u jgħinu lil uliedhom fl-istudju tagħhom. Dan il-kors bażiku joffri tagħrif u spjegazzjoni tar-regoli ewlenin tal-kitba bil- Malti. Barra l-parti teoretika jkun hemm ukoll ħidma prattika.

Il-kors MLT 04/2016 se jsir fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu bejn Marzu u April 2016 u jieħu sitt ġimgħat, b’lezzjoni ta’ sagħtejn, darba fil-ġimgħa kif imniżżel hawn taħt:

It-Tnejn 07 ta’ Marzu 2016 – 15:30 – 17:30
It-Tnejn 14 ta’ Marzu 2016 – 15:30 – 17:30
It-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016 – 15:30 – 17:30
It-Tnejn 04 ta’ April 2016 – 15:30 – 17:30
It-Tnejn 11 ta’ April 2016 – 15:30 – 17:30
It-Tnejn 18 ta’ April 2016 – 15:30 – 17:30

Dawk kollha li jixtiequ jattendu, għandhom jibagħtu ittra elettronika lis-Sur John Farrugia fl-indirizz john.b.farrugia@gov.mt b’isimhom u kunjomhom, in-numru tal-identità, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown/mowbajl, u l-isem tal-Kors “MLT 04/2015. Jingħażlu l-ewwel tletin li japplikaw għal kors.

Min ikun irid aktar informazzjoni jista’ jikkuntattja lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti fuq wieħed minn dawn in-numri 25982914, 25982905 jew 25982907.

Min jattendi l-laqgħat kollha jingħata ċertifikat uffiċjali mid-Direttorat għal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.